Ed Sheeran u martu Cherry Seaborn ħabbru t-twelid tal-ewwel tarbija tagħhom; it-tifla Lyra Antarctica Seaborn Sheeran.
Il-kantant qal li l-koppja jinsabu fis-seba’ sema wara li fl-aħħar jiem ħaddnu magħhom lil binthom li tant kienu qed jistennew bil-ħerqa. Sheeran irritorna fuq il-profil tiegħu ta’ Instagram għall-ewwel darba sa minn Diċembru li għadda sa biex jirringrazzja lit-tim mediku li ħa ħsieb it-twelid tat-tarbija.
Ed Sheeran qal li “il-ġimgħa li għaddiet bl-għajnuna ta’ tim mediku li assista fil-ħlas, Cherry welldet lit-tifla tagħna. Kemm l-omm kif ukoll t-tarbija jinsabu f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba”.
Intant huwa talab lis-segwaċi biex jirrispettaw il-privatezza tal-koppja f’dan il-mument ta’ ferħ.