Tuesday, May 14, 2024

Kważi 4% tal-immigranti li ddaħħlu fi Sqallija fl-aħħar xhur irriżultaw pożittivi għall-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Skont statistika maħruġa mill-Ministeru għall-Intern Taljan, minn fost 6,371 swab test li saru fuq l-immigranti li daħlu fi Sqallija mill-1 ta’ Ġunju, kien hemm 3.98% minnhom li rriżultaw pożittivi.

It-Taljani qed iqisu din is-sitwazzjoni bħala waħda preokkupanti u dan hekk kif meta mqabbla ma’ kważi 100,000 swab test li sar fost iċ-ċittadini Taljani, dawk li rriżultaw pożittivi kienu madwar 1.4%.

Rapporti f’ġurnali Taljani qed jilmentaw li minkejja l-għajta kontinwa li dawn l-immigranti huma ħajjiet li jeħtieġ li jiġu salvati, “ħadd mhu jaħseb fit-Taljani”.

Skont l-istess rapporti, il-biża’ fost it-Taljani hija waħda kbira hekk kif uħud minn dawn l-immigranti jippruvaw jaħarbu u mhux l-ewwel darba li rnexxielhom. Dan ifisser riskju ta’ tixrid tal-pandemija fost iċ-ċittadini.

Sport