Wednesday, May 8, 2024

Eden Hazard jirritorna għat-taħriġ ma’ Real Madrid

Aqra wkoll

Eden Hazard irritorna għat-taħriġ ma’ Real Madrid, hekk kif l-internazzjonali Belġjan se jerġa’ jkun disponibbli għall-għażla qabel tmiem l-istaġun 2021-22.

Il-player ta’ 31 sena ilu barra mill-azzjoni mill-aħħar ta’ Marzu li għadda, wara li għadda minn operazzjoni biex titneħħielu plate tal-metall fl-għaksa tal-lemin, u kien maħsub li se jitlef il-kumplament tal-istaġun.

Madankollu, l-internazzjonali Belġjan reġa’ beda jitħarreġ ma’ sħabu, u b’hekk qajjem suġġerimenti li jista’ jkollu rwol x’jaqdi għall-club qabel tmiem dan ix-xahar ta’ Mejju.

Hazard reġa’ sabha diffiċli biex iħalli l-marka tiegħu għal-Los Blancos dan l-istaġun, billi rnexxielu jirreġistra goal wieħed biss u żewġ assists fi 22 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

F’dawn l-aħħar xhur kien hemm għadd ta’ spekulazzjonijiet dwar il-futur tal-attakkant, iżda huwa għad fadallu aktar minn sentejn fil-kuntratt tiegħu, u jidher li l-Belġjan m’għandu ‘l-ebda intenzjoni’ li jħalli lil Bernabeu matul is-suq tat-trasferimenti li jmiss.

Sport