Saturday, October 26, 2024

Eden Hazard qed jikkunsidra li jirtira

Aqra wkoll

Il-midfielder offensiv Belġjan Eden Hazard qed itella’ u jniżżel li jdendel iż-żarbun tal-futbol darba għal dejjem hekk kif qed ikollu wisq injuries li qed jeffettwaw mhux ftit id-dehriet tiegħu fil-grawnd. Hekk kif sal-istaġun li għadda kien qed jilgħab ma’ Real Madrid, f’erba’ snin hu deher biss 76 darba b’ħafna drabi dejjem ikun imweġġa’.

Il-Madrileni mhux li tant ħadu ħafna minnu minkejja li nefqu s-somma ta’ €100 miljun meta akkwistawh minn ma’ Chelsea fis-sena 2019.

Minkejja kollox, Hazard xorta beħsiebu jibqa’ f’Madrid hekk kif il-familja tiegħu drat fl-ambjent Spanjol.

Sport