Thursday, May 29, 2025

“Edera kienet taf li daħlet fil-villa biex iġġib id-drama”

… madanakollu ma’ kellha ebda intenzjoni li tweġġa’ lil ħadd personalment

Aqra wkoll

“Bħala bombshell, Edera daħlet fil-villa u kienet taf li l-irwol tagħha kien li tħawwad l-affarijiet u ġġib id-drama. Meta ġiet mistoqsija min ħasbet li kien falz, tat tweġiba onesta. Filwaqt li nifhmu li dak li qalet seta’ ma kienx perfettament f’postu, hija tkellmet mill-perspettiva tagħha bl-ebda intenzjoni li tweġġa’ lil ħadd personalment”

Dan kien il-messaġġ li wasslet oħt il-bombshell, Martina Fenech permezz ta Facebook fejn enfasizzat li filwaqt li hija miftuħa għall-kritika dwar l-opinjonijiet u l-azzjonijiet tagħha, il-fatt li tiġġudika d-dehra tagħha jew tattakka ġisimha hija xi ħaġa inaċċettabbli 

Fenech qalet ukoll; “Madankollu, irridu nkunu ċari ħafna li l-attakki personali fuqha, speċjalment fir-rigward ta’ ġisimha u l-ġlidiet tal-passat mal-anoressija, huma kompletament inaċċettabbli u lil hinn minn kull realta’” 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport