Monday, September 30, 2024

Eduardo Camavinga jweġġa’ mat-tim nazzjonali Franċiż

Aqra wkoll

Real Madrid ħarġu aġġornament fuq is-sitwazzjoni fiżika tal-plejer ta’ nofs il-grawnd Franċiż Eduardo Camavinga li weġġa’ waqt li kien mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu.

Wara sensiela ta’ testijiet mediċi, il-ġganti Spanjoli kkonfermaw li l-plejer ta’ 21 sena qed isofri minn tiċrita fil-ligament ta’ rkupptejh il-leminija.

It-tobba Madrileni tawh parir sabiex għalissa jistrieħ u jiffoka fuq ir-rijabilitazzjoni tiegħu.

Sport