Friday, May 3, 2024

EDUKA… għada mal-gazzetta L-Orizzont

Aqra wkoll

Mal-gazzetta L-Orizzont ta’ għada se jitqassam is-suppliment edukattiv ta’ kull erba’ xhur Eduka. Qabel xejn din l-edizzjoni jkollha artikli relatati ma’ dan iż-żmien sabiħ tal-Milied. Insibu fost l-oħrajn artiklu miktub minn Dr Jeffrey Pullicino Orlando dwar dak li hemm imħejji għat-tfal tagħna min naħa ta’ Esplora għal żmien il-Milied.

Għaċ-ċkejknin tagħna hemm ukoll il-paġni relatati ma’ dan iż-żmien sabiħ tas-sena ta’ Rita Azzopardi. Dawn għandhom l-għan li jħeġġu wkoll lit-tfal jaqraw aktar u jkollhom imħabba lejn il-qari sa minn ċkunithom. Ikun hemm ukoll informazzjoni dwar il-magazine Sagħtar maħruġ mill-Malta Union of Teachers.  

Elaine Azzopardi, edukatriċi u kwalifikata f’mindfulness tkompli tgħaddilna r-rubrika popolari tagħha dwar din il-prattika u Abby Camilleri Pearson, edukatriċi oħra esperta fil-qasam tal-użu tat-teknoloġija fl-edukazzjoni, tagħti ħarsa lejn risorsi u rigali li wieħed jista jakkwista f’dan iż-żmien u li jgħinu lit-tfal jitħarrġu fir-robotika.  

F’din l-edizzjoni ssibu wkoll artikli oħra ta’ interess fosthom dwar it-tagħlim tul il-ħajja u s-servizzi offruti mill-Fondazzjoni għas-Servizzi u l-Ħarsien Soċjali. Eduka għandu produzzjoni ta’ Kenneth Vella u disinn ta’ Robert Caruana.

Sport