Friday, May 3, 2024

In-numru ta’ mwiet bil-Covid-19 fir-Russja jaqbżu s-600,000

Aqra wkoll

Skont kalkoli tal-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters, in-numru ta’ fatalitajiet kawża tal-pandemija ġewwa r-Russja issa qabżu ċ-ċifra ta’ 600,000. Din iċ-ċifra ntlaħqet wara ż-żieda qawwija ta’ infezzjonijiet ikkawżati mill-varjant Delta. 

Ir-Russja għandha t-tielet l-ikbar rata ta’ fatalitajiet fid-dinja kawża tal-pandemija tal-Covid-19 b’600,434 mewt. Qabilha hemm il-Brażil b’618,000 mewt u l-Istati Uniti b’813,000 mewt.  

Skont l-aħħar dejta miġbura, il-varjant Omicron li qiegħed jinfirex b’mod mgħaġġel ħafna f’numru ta’ pajjiżi, s’issa ftit li xejn kellu effett fuq ir-Russja. L-uffiċjali Russi qalu li matul din il-ġimgħa huma sabu biss 41 każ ta’ Omicron. 

Sport