Wednesday, April 24, 2024

Għawm: Rekords stabbiliti f’Dublin

Aqra wkoll

Malta, dan l-aħħar, kienet rappreżentata minn tlettax-il għawwiem fil-Kampjonati Nazzjonali Irlandiżi Short Course. L-għawwiema, ħames nisa u tmien irġiel, ta’ bejn is-17 u l-25 sena, ikkompetew f’Dublin bejn is-16 u d-19 ta’ Diċembru.

L-għawwiema kollha rnexxielhom jikkwalifikaw minn uħud mill-heats tagħhom biex jgħumu fil-finali fit-tliet sessjonijiet ta’ wara nofsinhar. Il-wirjiet tagħhom fi 78 għawma individwali taw 46 ħin Personal Best u żewġ National Short Course Records ġodda.

Fis-16 ta’ Diċembru, Sarah Demicoli, irreġistrat ħin ta’2:21,10 fl-avveniment tal-200m Butterfly, u għelbet ir-rekord tagħha stess ta’ 2:23,30 reġistrat f’Novembru 2021 f’Guildford.

Intant, fis-17 ta’ Diċembru, Andrea Mallia, għawm fl-avveniment tal-200m Breaststroke għamel ħin ta’ 2:20,04 għeleb il-ħin ta’ Andrea Agius ta’ 2:20,93 li ġie stabbilit fl-2010 f’Dubaj.

Malta kienet rappreżentata mill-għawwiema li ġejjin, li wara waqfa qasira se jerġgħu lura għat-taħriġ minn għada.

Andre Camilleri (Neptunes) Sarah Demicoli (Neptunes) Luke Ellul Sullivan (Sliema) Francesca Falzon Young (Sirens) Rudi Spiteri (Sirens)Maya Galea (Sliema) Andrea Mallia (Sirens) Simon Mallia (Sliema) Amy Micallef (Neptunes)  Michael Stafrace Martina Valletta (Neptunes) Sean Wareing (Sliema) Matthew Galea (Sliema)

Il-Kontinġent Malti kien akkumpanjat mill-kowċ nazzjonali Delon Dannhauser u l-Assistent Coach u masseur Ebi Mohammadpour.

Sport