Saturday, December 21, 2024

Edwin Vassallo jappella lill-Gvern biex iżomm iċ-ċanga ta’ Malta bi prezz iżjed kompetittiv minn ta’ barra

Aqra wkoll

Id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo appella lill-Gvern biex jgħin iżomm iċ-ċanga ta’ Malta tinbiegħ bi prezz iżjed kompetittiv u ma titpoġġiex fi żvantaġġ maċ-ċanga importata.

Vassallo qal dan wara li saħaq li l-ispiża fil-biċċerija għall-preparazzjoni taċ-ċanga biss – li tinkludi tqattigħ, spulpjar u tindif mix-xaħam – żdied minn €20 sa €30 kull karkassa.

Edwin Vassallo qal li l-ispiża fil-biċċerija għall-preparazzjoni taċ-ċanga biss – li tinkludi tqattigħ, spulpjar u tindif mix-xaħam – żdied minn €20 sa €30 kull karkassa

Vassallo tenna li dawn iż-żidiet qed jiġu riflessi f’żieda fil-prezz tal-laħam għall-konsumatur f’mument meqjus bħala ta’ periklu għas-saħħa tal-poplu minħabba l-biża’ li ġabet magħha l-pandemija tal-Covid-19.

Huwa saħaq li l-Partit Nazzjonalista jemmen li l-prezz għal kull prodott essenzjali li jinbiegħ għandu jkun prezz ġust.

Ekonomija

Sport