Saturday, May 18, 2024

Magna speċjalizzata f’Mater Dei għat-testijiet tal-Covid-19

Aqra wkoll

Malta hija waħda mill-ewwel pajjiżi fl-Ewropa li se tibda tuża magna speċjalizzata biex tagħmel it-testijiet tal-Covid-19

YouTube video

Id-Deputat Prim Minsitru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne żar id-Dipartiment tal-Patoloġija f’Mater Dei, hekk kif kienu qed isiru l-aħħar preparamenti qabel magna robotika tibda titħaddem fis-sigħat li ġejjin, bil-għan li tiżdied il-kapaċità tal-ammont ta’ testijiet tal-Covid-19

Din il-magna speċjalizzata tippermetti li Mater Dei jipproċessa mat-800 test kuljum, hekk kif se tirriduċi l-ħin tal-ipproċessar tat-test fi kwistjoni ta’ minuti. Dan ifisser li l-Awtoritajiet tas-Saħħa se jkunu f’pożizzjoni li jagħtu r-riżultat tat-test tal-coronavirus dakinhar stess li jittieħed.

Id-Deputat Prim Minsitru saħaq li pajjiżna għandu aċċess għal dan l-apparat avvanzat għaliex kien għaqli u ħa kull azzjoni proattiva possibbli fil-pront, inkluż f’investiment bħal dan.

Id-Deputat Prim Minsitru Fearne fakkar li din hija waħda min-numru ta’ miżuri li qed jieħu l-Ministeru tas-Saħħa biex jikkontrolla l-mewġa ta’ infezzjonijiet li tista’ tiġi fuq pajjiżna. “Iktar ma nagħmlu testijiet f’dan l-istadju bikri, iktar inkunu f’pożizzjoni li nagħtu kura mill-ewwel lil pazjenti li huma pożittivi għall-COVID 19, u fl-istess waqt niżolawhom minnufih biex inwaqqfu milli jinfirex dan il-virus f’pajjiżna,” saħaq il-Ministru, filwaqt li rringrazzja lill-ħaddiema kollha fil-qasam tas-saħħa tax-xogħol dedikat tagħhom. 

Sport