Monday, December 9, 2024

28 mmultati f’dawn l-aħħar 24 siegħa; għaxra minnhom talli kisru l-kwarantina obbligatorja

Aqra wkoll

Tmintax-il persuna ġew immultati €100 kull wieħed matul dawn l-aħħar 24 siegħa wara li nqabdu fi gruppi ta’ erba’ persuni jew aktar. Il-Gvern ħareġ din id-direttiva bħala parti mill-miżuri li qed jittieħdu biex tiġi kkontrollata l-imxija tal-virus Covid-19.

Intant 10 persuni oħrajn inqabdu jiksru l-ordni ta’ kwarantina mgħotija lilhom waqt 440 spezzjoni li saru mill-Pulizija flimkien ma’ uffiċjali mid-Dipartiment tas-Saħħa u dak tal-Protezzjoni Ċivili. Dawn kienu mmultati €3,000 kull wieħed.

B’kollox inħarġu 65 multa mindu bdew isiru l-ispezzjonijiet.

Ekonomija

Sport