Tuesday, December 24, 2024

Edwin Vassallo jiċħad li qal kliem oxxen lill-persuni LGBTIQ

Aqra wkoll

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo ċaħad fil-Parlament li qal kliem oxxen fil-konfront tal-kommunita LGBTIQ li tiġbor fi ħdanha persuni gay, trans, trans, query u non-binary.

Huwa nsista li kien hemm rapporti foloz li attribwewlu dan il-kliem meta fil-fatt ma kienu xejn għajr ‘fake news’ u akkużi foloz fil-konfront tiegħu.

Vassallo irrefera wkoll għall-kritika li saret fil-konfront tiegħu dwar il-‘morning after pill’ u ippreżenta rapporti xjentifiċi fil-Parlament li juri li din il-pillola tista’ tkun abortiva.

Id-deputat Nazzjonalista irrefera wkoll dwar il-bejgħ tal-‘morning after pill’ mill-ispiżeriji u nsista li għandha tiġi rispettata l-kuxjenza ta’ spiżjara li ma jaqblux ma’ din il-pillola.

Huwa irrefera għal ittra li dawn l-ispiżjara lill-President biex ikun hawn liġijiet li jirrispettaw il-kuxjenza tal-individwu u saħaq li din vera ugwaljanza f’dik li kienet kritika lejn is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza Rosianne Cutajar.

Cutajar kienet ikkritikat lil Vassallo fil-Parlament dwar il-mod kif jaħsibha u jitkellem b’rabta mal-persuni LGBTIQ u l-‘morning after pill’.

Ekonomija

Sport