Thursday, March 14, 2024

Eġizzjan arrestat wara argument f’ħanut f’San Pawl il-Baħar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Eġizzjan ta’ 44 sena ġie arrestat mill-Pulizija wara li kien involut f’argument u uża arma li taqta’ u bil-ponta.

Kienu għall-ħabta tad-9:30 a.m, xħin il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa ħanut fi Triq Isouard, San Pawl il-Baħar minħabba li kien
hemm persuna feruta.

Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li l-vittma kien involut f’argument mar-raġel ta’ 44 sena u allegatament intuża oġġett li jaqta’ u bil-ponta. Raġel ta’ 50 sena tħalla midrub fil-ħanut filwaqt li l-aggressur ħarab minn fuq il-post.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.

Il-Pulizija bdiet mill-ewwel bit-tfittxija għall-aggressur u wara ftit sigħat instab ħdejn irresidenza tiegħu u ġie arrestat.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joe Mifsud LL.D li ħatar Inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport