Saturday, May 4, 2024

Eġizzjan bi ġrieħi gravi wara li baqa’ dieħel fi crash barrier fi Triq Tul il-Kosta

Aqra wkoll

Raġel ta’ 31 sena residenti San Pawl il-Baħar qed isorfi minn ġrieħi gravi wara li kmieni dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta, fil-limiti tan-Naxxar. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.00 a.m.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li għal xi raġuni r-raġel tilef il-kontroll tal-vettura, tat-tip Honda Accord, li kien qed isuq u kellu impatt ma’ ħajt u sussegwentament ħabat fil-crash barrier.

Fuq il-post marru tim mediku tal-Emerġenza mill-Isptar Mater Dei li ta l-ewwel għajnuna lix-xufier. Huwa ttieħed b’ambulanza l-Isptar.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport