Saturday, May 4, 2024

Mixli li mbotta lil ommu ta’ 77 sena u weġġa’ lil ħuh

Aqra wkoll

Raġel ta’ 41 sena mill-Marsa tressaq il-qorti mixli b’akkużi dwar vjolenza domestika fuq ommu ta’ 77 sena u ħuh.

Fil-Qorti ġie spjegat kif l-iben allegatament kien imbotta lil ommu u waqqagħha fl-art kif ukoll li weġġa’ lil ħuh. Intqal ukoll li l-anzjana għadha qed tinżamm l-isptar.

Il-Maġistrat Nadine Lia qalet li l-kawżi ta’ vjolenxa domestika għandhom jitqiesu bl-akbar sensittività. Hija ċaħdet ukoll it-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat minħabba biża’ ta’ intralċ tal-provi.

Għall-imputat deher l-avukat Martin Farrugia.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport