Sunday, December 22, 2024

Eġizzjan bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument ma’ Palestinjan fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Eġizzjan ta’ 31 sena residenti l-Ħamrun qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:30 p.m, kien involut f’argument fi Triq il-Mimosa fil-Ħamrun.

Minn stħariġ illi sar irriżulta li kien hemm argument bejn il-vttma u raġel Palestinjan ta’ 57 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Waqt l-argument allegatament intużat sikkina.

L-Eġizzjan ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Ekonomija

Sport