Sunday, December 22, 2024

“Egoiżmu sfaċċat … Wara għalxejn nibku jew nippuntaw is-swaba’” 

Furur fil-midja għal sitwazzjoni "pjuttost komuni" f'pajjiżna

Aqra wkoll

“Li twaqqaf bl-addoċċ diġà huwa żbaljat, aħseb u ara li tipperikola l-ħajja ta’ ħaddieħor”. Iddikjara dan ma’ Talk.mt wieħed mill-qarrejja tagħna li xtaq jiġbed l-attenzjoni rigward persuna li waqqfet il-karozza fuq pelican crossing fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema.

Ir-ritratt li nxtered ukoll fuq il-midja soċjali kellu diversi reazzjonijiet fosthom persuni li lmentaw minn imġiba “egoista” li tista’ saħansitra twassal għal fatalità. Bosta kienu dawk li lmentaw li minkejja li mhux faċli biex persuna ssib twaqqaf f’ċertu postijiet, hija inaċċettabbli li dak li jkun jostakola pelican crossing.

Lil hinn minn l-għamla tal-karozza jew min hu jew hi s-sewwieqa, persuni rreaġixxew għall-ostaklu li kienet qiegħda toffri lil kull min jiġi biex jaqsam it-triq. “Immaġina persuna f’siġġu tar-roti, jew xi tfal li jkollhom jaqsmu minn wara din il-karozza”, kien jgħid kumment ieħor.

Intant b’reazzjoni għaż-żieda fl-inċidenti tat-traffiku fl-aħħar xhur, kemm il-Ministru Aaron Farrugia, kif ukoll il-Prim Ministru saħqu li kulħadd għandu jkun responsabbli għal għemilu u li minbarra żieda fil-multi, għaddejja ħidma biex jiżdied l-infurzar fit-toroq tagħna.

Ekonomija

Sport