Thursday, March 28, 2024

Darts: Ħamrun Bayern A jegħlbu lil-leaders u jiftħu l-kampjonat beraħ

Aqra wkoll

Ħamrun Bayern A għelbu lil-leaders Education Bar 5-3 f’logħba ferm missielta mis-16-il ġurnata tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tad-darts.

Wara li Ħamrun Bayern A marru 2-0 minn fuq, Education Bar wettqu reazzjoni u ġabu l-iskor indaqs għalkemm l-avversarji tagħhom reġgħu stablixxew vantaġġ doppju.

Hekk kif reġgħet dehret ir-reazzjoni ta’ Education Bar, Ħamrun Bayern żammew sod u rebħu l-game finali sabiex ħadu tliet punti importanti li issa jressaqhom biss żewġ punti taħt l-istess avversarji.

Floriana Ajax X Clean ħadu vantaġġ minn dan ir-riżultat u jinsabu issa punt biss bogħod minn Education Bar wara skor pożittiv ta’ 5-3 kontra Manchester Conquest Pub. Sadanittant Fgura Kenky rebħu bl-istess skor lil Top Gun Marsa.

Fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni, il-leaders Birżebbuġa Lions għelbu fid-derby lil Cox Bar 7-1 sabiex baqgħu jżommu ż-żewġ punti vantaġġ fuq PO’s Bar li min-naħa tagħhom rebħu bl-istess skor lil Floriana Ajax MCP B.

Mqabba tal-Ġilju kisbu rebħa tajba ta’ 5-3 kontra Fgura Maypole.

Fit-tielet diviżjoni kellna l-konfront dirett tan-naħa ta’ fuq tal-klassifika hekk kif Birgu Boċċi Club żiedu l-vantaġġ f’ras il-klassifika minn ma’ Domus Żejtun wara li għelbuhom 5-3. It-tim mill-Kottonera hu għalhekk favorit li mhux biss li jiġi promoss iżda wkoll li jispiċċa champion ta’ din id-diviżjoni.

F’logħbiet oħra, Duke’s B għelbu lil Leah’s Bar 5-3 filwaqt li Żebbuġ FC għelbu 7-1 lil Mqabba FC.

KLASSIFIKA – L-EWWEL DIVIŻJONI

Ħamrun Education 37, Floriana Ajax X Clean A 36, Ħamrun Bayern A 35, Fgura Kenky 31, Manchester Conquest Pub 19, Sliema Inter DC 11, Ħamrun Bayern B 9, Top Gun Bar 3.

KLASSIFIKA – IT-TIENI DIVIŻJONI

Birżebbuġa Lions 37, PO’s Bar 35, Beland Bull’s Eye 20, Floriana Ajax X Clean B 16, Fgura Maypole 11, Cox Bar 10, Mqabba tal-Ġilju 7

KLASSIFIKA – IT-TIELET DIVIŻJONI

Birgu Boċċi Club 36, Domus Żejtun 31, Żebbuġ Rangers 25, Duke’s A 23, Duke’s B 17, Mqabba FC 4, Leah’s Bar 1.

Ekonomija

Sport