F’dawn l-aħħar jiem kien hemm laqgħat kontinwi bejn l-ogħla uffiċjali ta’ Eintracht Frankfurt u Manchester City sabiex dawn tal-aħħar jakkwistaw is-servizzi tal-attakkant internazzjonali Eġizzjan Omar Marmoush.
Dan tal-aħħar irid jiċċaqlaq u jinsab interessat li jmur jilgħab fil-kampjonat Premier Ingliż. Hi biss is-somma li qed iżomm dan il-ftehim minħabba li The Citizens iridu jixtruh għal €70 miljun iżda t-tim minn Frankfurt irid €10 miljuni oħra.