Friday, July 17, 2026
Home Sport Inter iridu lil Gianluigi Donnarumma

Inter iridu lil Gianluigi Donnarumma

0
101

Inter qed jintensifikaw il-ħidma tagħhom sabiex jakkwistaw lill-goalkeeper internazzjonali Taljan Gianluigi Donnarumma mingħand Paris St Germain. L-għan tan-Nerazzurri ovvjament mhux li jiġi f’Jannar iżda li jingħaqad magħhom fis-sajf li ġej.

I Nerazzurri għandhom lill-goalkeeper Żvizzeru Yann Sommer iżda se jippruvaw jikkonvinċu lil Donnarumma jilgħab mar-rivali tal-eks klabb tiegħu AC Milan.

Donnarumma għandu 25 sena u ilu ma’ PSG sa mis-sena 2021 fejn lagħab 93 logħba.