Eintracht Frankfurt iffissaw il-prezz għall-attakkant tagħhom Omar Marmoush li jinsab fil-mira taċ-champions Ingliżi Manchester City. Fil-fatt huma qed jitolbu €80 miljun għalih, somma li The Citizens jistgħu jħallsuha.
Marmoush hu plejer Eġizzjan li għandu 25 sena u li skorja 25 gowl f’44 logħba mat-tim minn Frankfurt. Fil-passat hu deher ukoll ma’ Wolfsburg, St Pauli u Stuttgart.