Tuesday, December 24, 2024

“Ejjew magħna, agħtuna l-fiduċja tagħkom. Bik u miegħek nistgħu nagħmlu pajjiż aħjar”

Aqra wkoll

Waqt li ltaqa’ man-nies fil-lokalità tal-Qrendi, il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li kien PN li ħa ħsieb li jgħaddi liġiiet biex jippreserva l-ġmiel taċ-ċentri urbani fil-lokalitajiet tagħna.

“Għalhekk aħna rridu nibqgħu nemmnu f’dak kollu li ħallewlna missirijietna. Hekk irridu naħdmu għall-estetika tal-lokalitajiet tagħna. Filwaqt li rridu nibqgħu għaddej bi żvilupp f’dan il-pajjiż, irridu nerġgħu nħaddru dan il-pajjiż.”

Tkellem dwar kemm jemmnu fil-volontarjat u għalhekk il-każini tan-nar u kull NGO jew għaqda oħra li b’xi mod tikkontribwixxi fil-komunità, se jsibu PN fil-gvern li se jsaħħaħ il-ħidma tal-volontarjat ukoll. 

“Il-PN fil-viżjoni tiegħu, fil-programm elettorali tagħna, għax tagħna ilu aktar minn ġimgħatejn f’idejkom, għaliex aħna kelna u għandna pjan għal dan il-pajjiż. Aħna urejna kif nistgħu u kif se nkunu qed insaħħu l-ħidma tal-volontarjat f’pajjiżna. Għalhekk, ejjew magħna, agħtuna l-appoġġ tagħkom. Użaw dak il-vot li permezz tiegħu se nkunu qed nagħtu aktar lokalitajiet sbieħ, se nsaħħu l-estetika tal-binjiet tagħna, se nkunu qed nagħmlu u nagħtu aktar art ODZ li hija art pubblika. Se nkunu qegħdin insaħħu mhux biss in-negozji, mhux biss billi noħolqu 10 setturi ekonomiċi  ġodda imma wkoll insaħħu dawk is-setturi tradizzjonali.”

“Gvern Nazzjonalista mmexxi minna se jkun qiegħed ukoll jagħti sistema ta’ trasport tal-massa,” qal Grech.

“Ejjew magħna, agħtuna l-fiduċja tagħkom. Bik u miegħek nistgħu nagħmlu pajjiż aħjar,” temm jgħid.

Ekonomija

Sport