Saturday, December 21, 2024

Eklissi Lunari sħiħ joħloq qamar “imdemmi” 

Aqra wkoll

L-astronomi u dawk kollha li jħobbu josservaw il-kwiekeb, fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu ġew ittrattati bi spettaklu lunari li rari jseħħ. Dan il-fenomenu wassal għal eklissi sħiħa li ħoloq qamar “imdemmi”.

Ftit wara t-03:30 GMT ta’ dalgħodu, il-pjaneta tagħna kienet pożizzjonata direttament bejn ix-xemx u l-qamar. F’dak il-ħin il-qamar waqa’ kompletament fid-dell tad-dinja u temporanjament iddawwar fi sfumatura ta’ aħmar skur.

Il-lewn ħamrani tiegħu nħoloq billi d-dawl tax-xemx ġie pproġettat mill-atmosfera tad-dinja fuq il-wiċċ tal-qamar.

Dawk li kienu attenti għall-eklissi kellhom l-aħjar veduta mit-03:29 GMT — il-mument li bdiet l-eklissi Lunari sħiħa u l-avveniment sar viżibbli fl-emisfera tal-Punent.

Għal kważi siegħa u nofs wara, l-uniku dawl tax-xemx li laħaq il-qamar kien dak li għadda biss mill-atmosfera tad-dinja u b’hekk il-qamar deher aħmar skur.

L-eklissi Lunari ħabtet ma’ avveniment separat – super qamar. Dan huwa meta l-qamar ikun fl-eqreb punt tiegħu tad-dinja fl-orbita tiegħu u għalhekk jidher akbar mis-soltu.

Fl-Ewropa, il-fenomenu kien viżibbli biss għal ftit ħin minħabba li l-qamar beda jinżel. Fl-Ameriki iżda żoni taħt smewwiet ċari ġew ittrattati għall-ispettaklu sħiħ.

Ekonomija

Sport