Sunday, December 29, 2024

Eks uffiċjal tal-FTS mhux ħati ta’ korruzzjoni

Aqra wkoll

Edward Caruana, l-eks uffiċjal tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS), ma nstabx ħati ta’ korruzzjoni b’rabta ma’ xogħlijiet fi skejjel.

Caruana ta’ 62 sena mir-Rabat kien mixli li bejn Jannar 2015 u Ottubru 2016 talab flus li ma kellux jieħu kif ukoll għamel użu minn kitba falza. Huwa dejjem ċaħad dawn l-akkużi. 

Il-każ tal-prosekuzzjoni kien idur ma’ stqarrijiet li saru minn Philip Rizzo, Giovann Vella u Joseph Carabott.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qalet li minkejja l-għaqal tal-prosekuzzjoni u l-mod professjonali li bih mexxiet il-każ, meta ħadet azzjoni immedjata fuq l-allegazzjonijiet, ma tressqet l-ebda prova li Caruana talab xi flus li ma kienx intitolat għalihom. 

Filwaqt li lliberatu mill-akkużi, il-Qorti ordnat ukoll lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga jekk f’dan il-każ jeżistux l-estremi legali li jsawru r-reati kif kontemplati fil-liġi, fil-konfront tad-diversi persuni involuti fil-ħruġ ta’ invoices foloz. 

Finalment, irrevokat l-ordni t’iffriżar imposta fil-konfront ta’ Caruana. 

Il-Prosekuzzjonni tmexxiet mill-Ispettur Rennie Stivala. L-Avukati Stefano Filletti u Stephen Tonna Lowell dehru għal Caruana. 

Ekonomija

Sport