Saturday, December 21, 2024

‘Electrician’ fi sptar abbuża sesswalment minn tal-inqas 100 katavru

… tfal u anzjani ta’ 85 sena fost il-vittmi

Aqra wkoll

Investigazzjoni li saret fir-Renju Unit żvelat li ‘electrician’ li kien jaħdem fi sptar abbuża sesswalment xejn inqas minn 100 katavru. L-abbużi kienu jsiru fil-kamra mortwarja. 

L-‘electrician’, David Fuller li għandu 67 sena ammetta ukoll li kien qatel żewġ nisa u wara abbuża minnhom sesswalment.

Il-Pulizija Ingliża għamlet tfittxijiet intensivi fid-da tiegħu u hemmhekk sabu l-evidenza li kien hemm xejn inqas minn 100 vittma. Il-Ministru tas-Saħħa Ingliż, Sajid Javid qal li 81 vittma ta’ Fuller ġew identifikati. Spjega li l-familji ta’ dawn ill-vittmi qed jingħataw l-appoġġ kollu meħtieġ. Il-Ministru tas-Saħħa Ingliż spjega  lli kull membru tal-familja tal-vittmi, sar kuntatt magħhom mill-awtoritajiet. 

Il-Ministru għas-Saħħa għamel ukoll apoloġija mal-qraba tal-vittmi. Jidher li l-allegati abbużi seħħew fil-kamra mortwarja ta’ żewġ sptarijiet differenti. L-abbuż hu mifrux fuq 12-il sena u beda fis-sena 2008. Fost il-vittmi hemm tlett itfal u persuni li kellhom aktar minn 85 sena. Fuller kien anke jiffilmja lilu nnifsu jwettaq l-abbużi fil-kamra mortwarja.

Azra… tfajla li l-katavru tagħha spiċċa vittma ta’ Fuller

Sar magħruf ukoll li Azra, bint Nevres Kemal, li kienet mietet fis-sena 2020 wara li waqgħet minn fuq pont f’Kent, kienet waħda mill-vittmi tiegħu. Fil-fatt ġie stabbilit li l-katavru tagħha kien abbużat minn Fuller tlett darbiet.

Ekonomija

Sport