It-tennista mill-Kazakhstan, Elena Rybakina, hija r-reġina ta’ Wimbledon meta fil-finali għelbet lit-Tuneżina Ons Jabeur 201.
Hija kellha ddawwar telfa f’rebħa meta tilfet l-ewwel set 6-3.
Iżda hija għamlet rimonta tajba biex rebħet iż-żewġ sets sussegwenti bl-iskor identiku ta’ 6-2 6-2. Kif jindika r-riżultat Jabeur ma kellha l-ebda risposta għall-qawwa ta’ Rybakina.