Alberto Núñez Feijóo, il-Kap tal-Partit konservattiv tal-Oppożizzjoni ta’ Spanja, iddikjara r-rebħa f’elezzjoni bikrija li saret fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, iżda mingħajr ir-riżultat mixtieq.
Minkejja l-appoġġ tal-lemin estrem, il-Partit Popolari tiegħu naqas milli jikseb il-maġġoranza fil-parlament. Għalhekk se jkollu bżonn l-appoġġ ta’ partit oħra iżgħar biex ikun jista’ jiggverna.
Il-ferħ fil-kamp rivali tas-Soċjalisti kien ukoll qawwi wara li l-Prim Ministru Soċjalista Pedro Sánchez iddikjara: “il-blokk reazzjonarju falla.” Filwaqt li t-tnejn li huma jistgħu jiddikjaraw suċċess, Spanja baqgħet b’riżultat li huwa wieħed inkonklussiv.
It-turnout f’din l-elezzjoni kienet ta’ madwar 70%. Ir-riżultati wrew li l-Partit Popolari u l-Partit tal-Ħaddiema Soċjalisti (PSOE) kisbu 33.1% u 31.7% tal-voti rispettivament. Dan kien se jagħti lill-Partit Popolari, taħt it-tmexxija a’ Feijoo, 136 siġġu u lis-Soċjalisti 122 siġġu.
Il-Partit Popolari issa jeħtieġ l-appoġġ ta’ partit oħra iżgħar biex jikseb il-maġġoranza ta’ 176 siġġu u għalhekk biex jinkiseb dan ir-riżultat aktarx li jieħu diversi ġimgħat sakemm jintlaħaq.
Il-partit tal-lemin estrem Vox, li offra li jkun f’koalizzjoni mal-Partit Popolari, kien ipproġetta li jirbaħ 33 siġġu. Iżda anke b’total ta’ 169 siġġu, xorta waħda l-PP se jkollu bżonn seba’ siġġijiet oħra.
Imma jekk wara tiġi kkonfermata dik il-koalizzjoni, ikun l-ewwel darba li partit tal-lemin estrem ikun daħal fil-Gvern fi Spanja minn meta ntemm id-dittatorja ta’ Francisco Franco lura fis-sebgħinijiet.
Il-partit tax-xellug Sumar, li ġabar flimkien 15-il partit xellugi meqjusa bħala “żgħar” u appoġġjat mis-Soċjalisti, rebħu 31 siġġu, biex b’hekk is-Soċjalisti se jkollhom b’kollox 153 siġġu.
Il-partit li jkun fadal huma aktar speċifiċi fuq bażi ta’ reġjun. Iż-żewġ partiti independenti Katalani, li vvotaw biex jappoġġjaw il-gvern immexxi minn Sanchez, raw in-numru ta’ siġġijiet tagħhom jonqos.
Meta kien qed jindirizza lill-partitarji tiegħu f’Madrid tard il-Ħadd filgħaxija, il-Kap tal-Partit Popolari qal li issa se jkun qiegħed jipprova jifforma l-Gvern. “Bħala l-kandidat tal-partit li rebaħ l-akbar ammont ta’ siġġijiet, nemmen li huwa dmiri li nipprova nifforma Gvern,” qal Feijoo.