Monday, May 13, 2024

Ċikliżmu – Kampjonat Nazzjonali: Bernard Galea u Marie Claire Aquilina jirbħu l-aħħar tiġrija

Aqra wkoll

Bernard Galea ta’ Agones Afc u Marie Claire Aquilina tat-Team Greens rebħu t-tielet u l-aħħar tiġrija  tal-Kampjonat Nazzjonali tat-Triq organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu. F’temp sabiħ tal-Ħadd 23 ta’ Lulju 2023, Bernard Galea patta għaż-żewġ postijiet tat-tieni post fiż-żewġ tiġrijiet ta’ qabel meta fuq iċ-cirkwit ta’ Fluer-de-Lys għamel l-20 dawra tiegħu għal distanza ta’ 50km f’ħin ta’ 1:16:42.73. Kull lap kienet ta’ 2.5 km.  Kienet tiġrija għal darb’oħra mill-iktar interessanti bi sprit finali mill-iktar eċitanti. Warajh spiċċaw rispettivament Antoine Magoud ta’ Uni Sport Lamentinois (1:16:42.58) u Aidan Buttigieg ta’ D Sport Lab f’ħin ta’ 1:16:43.92.

Marie Claire Aquilina rebħet il-Kategorija riservata għan-Nisa’ fejn temmet l-14 il-dawra tagħha f’ħin ta’ 00.59:23.88. Warajha spiċċat seħbietha Diana Muscat f’ħin ta’ 1:03:43.48.

Jacob Schembri ta’ Mosta CC rebaħ il-Kategorija Under 23 meta għamel l-20 dawra tiegħu f’ħin ta’ 1:16:52.77. Warajh spiċċaw Luke Borg ta’ The Cyclist  (     1:17:58.61) u Clyve Chetcuti ta’ Mosta CC (1:18:01.11).

Fil-Kategorija Masters 40+, reġa kien Luis Joaquin Rojas Guzman tat-Team Greens li rebaħ l-14 il-dawra tiegħu f’ħin ta’ 00:56:25.28. Warajh daħlu rispettivament Liran Ben-Ari ta’ Agones Afc (00:56:42.33) u Nicholas Schembri tat-Team Greens (00:59:20.50).

Kevin Muscat ta’ Mosta CC rebaħ il-Kategorija Masters 50+ f’ħin ta’ 01:02:04.92.

Matthew Galea ta’ Gozo CC rebaħ il-Kategorija tal-Juniors meta għamel it-8 dawriet tiegħu f’ħin ta’ 00:41:24:38, filwaqt li Ryan Gatt ta’ The Cyclist rebaħ il-Kategorija tal-Under 16 meta għamel is-6 dawriet tiegħu f’ħin ta’ 00:25:46:33. Warajh spiċċa Ishmael Grima ta’ D Sport Lab f’ħin ta’ 00:30:04:06.

Ethan Grech ta’ Mosta CC rebaħ il-Kategorija tal-Under 14 meta għamel l-4 dawriet tiegħu f’ħin ta’ 00:18:21:82. Warajh spiċċaw rispettivament Liam Daly ta’ Shamrock Stars f’ħin ta’ (00:18:33:38) u Samwel Attard ta’ Mosta (00:21:42:40).   

Neil Cassar ta’  Shamrock Stars rebaħ il-Kategorija tal-Under 12 Subien meta għamel id-dawra tiegħu f’ħin ta’ 00:04:21:55. Warajh spiċċaw sħabu tal-istess tim Isaac Buttigieg (00:04:21:92) u Jake Refalo (00:04:22:33).

Nina Debono ta’ Shamrock Stars rebħet il-Kategorija tal-Under 12 Tfajliet meta għamel id-dawra tagħha f’ħin ta’ 00:04:42:53. Warajha spiċċat Amy St. John ta’ Mosta CC f’ħin ta’ (00:05:17:25).

Fi tmiem din it-tiġrija saru l-premjazzjonijiet tal-medalji minn John Zammit u Joe Bajada, President u Segretarju Ġenerali rispettivament tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu.

Sport