Monday, November 18, 2024

Elon Musk jgħid li għalissa mhu se jkun hemm l-ebda bidla fil-politika ta’ moderazzjoni ta’ Twitter

Aqra wkoll

Il-biljunarju Elon Musk iddikjara li mhux se jkun tibdil fil-policies ta’ moderazzjoni dwar il-kontenut ta Twitter għalissa wara li ħa din il-pjattaforma taħt idejh għas-somma ta’ $44 miljun. Aktar qabel, huwa ħabbar ukoll it-twaqqif ta’ kunsill ġdid li jimmodera l-posts li jitilgħu. 

Huwa qal ukoll li “kull min jiġi sospiż għal raġunijiet minuri u dubjużi” ikun “meħlus mil-ħabs ta’ Twitter”. Nies b’karigi għolja fuq Twitter diġà ħabbru l-ħruġ tagħhom mill-pjattaforma wara li Musk ħadha taħt idejh wara dewmien twil fil-ftehim. Il-mistoqsijiet issa huma ffokati fuq il-pjanijiet futuri li għandu Musk għas-sit. 

Il-bidliet potenzjali ġibdu skrutinju mir-regolaturi u qasmu l-utenti ta’ Twitter stess, .li wħud minnhom huma mħassba li Musk se jħoll ir-regolamenti li jirregolaw id-diskors ta’ mibegħda u informazzjoni ħażina, u xi wħud minnhom iħossu li l-maniġment preċedenti naqqas il-libertà tal-kelma b’regoli rigorużi żżejjed. 

Ekonomija

Sport