Tuesday, May 14, 2024

Elon Musk jixtri Twitter għal $44 biljun

Aqra wkoll

Skont il-midja Amerikana, Elon Musk, l-aktar raġel sinjur fid-dinja, irnexxielu jixtri Twitter għas-somma ta’ $44 biljun.

Huwa kiteb fuq Twitter li “l-għasfur huwa meħlus” b’referenza għall-fatt li ġie konkluż il-ftehim. Għadd ta’ persuni eżekuttivi, inkluż il-kap Parag Agrawal, kien irrapportat li tkeċċew.

Dan kollu jġib fi tmiemu saga li rat lil Twitter tidħol il-Qorti biex iżżomm lill-biljunarju skont it-termini ta’ ftehim ta’ akkwist li ntqal li pprova jaħrab. 

Twitter għadu ma kkonfermax din l-aħbar, iżda investitur fi ħdan il-kumpanija sostna mal-kamra tal-aħbarijiet tal-BBC li l-ftehim kien ġie finalizzat. 

Bosta analisti argumentaw li l-prezz li ħallas Musk għall-kumpanija kien ogħli wisq minħabba t-tnaqqis fil-valuri ta’ ħafna stokks tat-teknoloġija u l-isfida ta’ Twitter biex jattira aktar nies li jagħmlu użu minn din il-mezz tal-midja soċjali. 

Sport