Nhar il-Ġimgħa filgħaxija eluf ta’ persuni telgħu lejn is-swar taċ-Ċittadella f’Għawdex biex igawdu attività unika fejn fl-istess swar inxtegħlu 30,000 xemgħa.

Apparti d-disinni li nħolqu permezz tax-xemgħa b’mod partikolari fi Pjazza Katidral, wieġed seta’ jgawdi wkoll e-enactments storiċi, żfin folkloristiku kif ukoll il-mużewijiet kollha li hemm fil-post kienu miftuħin għal pubbliku.

Fil-foss tal-istess swar wieħed seta’ jgawdi mużika fuq stil aktar modern fejn kien hemm ukoll diversi stands tal-ikel.

Għal din l-attivtà kien hemm preżenti l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri.
