Eluf ta’ persuni attendew għal marċ fil-Valletta f’għajta biex ma jidħolx l-abort f’Malta bit-tema “INT TISTA’ SSALVANI”.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/12/ROG_0089.jpg)
Din saret wara li l-Gvern ippropona emendi fil-liġi dwar it-tqala, liema emendi għandhom l-għan uniku u importanti li tkun protetta ħajjet il-mara tqila li tispiċċa f’ċirkostanzi ta’ periklu serju għal ħajjitha. L-istess emendi jipproteġu wkoll lit-tobba u l-professjonisti li jsalvawlha ħajjitha.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/12/arcisqof-marc.jpg)
Il-Prim Ministru Robert Abela għamilha ċara li l-emendi proposti mhumiex se jdaħħlu l-abort f’Malta tant li l-kodiċi kriminali li jagħmlu l-abort illegali f’pajjiżna mhumiex se jintmessu.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/12/tapit-abort.jpg)
Organizzazzjonijiet favur il-ħajja talbu li l-istess emendi jkunu aktar speċifiċi biex ma jkunx hemm interpretazzjoni ħażina jew abbuż mill-istess emendi u jkun hemm abort li seta’ jkun evitat permezz ta’ kura.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/12/ROG_0128-1024x541.jpg)