Wednesday, April 24, 2024

Issuggraw ħajjithom sa mill-ewwel minuti, iżda xorta sfaw kritikati minħabba dewmien fl-operazzjoni

Aqra wkoll

Qalb il-ħafna messaġġi ta’ dieqa, li permezz tagħhom sellmu l-memorja taż-żagħżugħ JeanPaul Sofia, fl-aħħar sigħat spikkaw numru ta’ kummenti li xejn ma jagħtu ġieħ lil min kitibhom.

Bejn ilbieraħ filgħaxija u kmieni dalgħodu, wara li nxterdet l-aħbar li l-operazzjoni kienet mistennija tieħu numru ta’ sigħat minħabba l-periklu li kien jeżisti, dlonk kien hemm min ikkummenta fuq il-ħidma tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili u saħansitra kien hemm min ilmenta li l-operazzjoni ħadet fit-tul wisq.

Madanakollu ritratt li waslilna kien juri l-ħidma delikata tal-istess uffiċjali sa ftit minuti wara l-inċident. Fir-ritratt jidher proprju dak li l-uffiċjali jsibu aħjar bħala ‘snatch rescue’ fejn mal-wasla tagħhom fuq il-post irnexxielhom jilmħu l-ewwel persuni maqbudin qalb it-tifrik. F’dan il-każ, il-periklu tal-bqija tal-istuttura li kienet imminenti li taqa’ kienet xi ħaġa sekondarja hekk hekk kif l-uffiċjali qalbiena, l-ewwel prijorità tagħhom kienet li jsalvaw il-ħajjiet.

Sport