Tuesday, May 14, 2024

Proġett fin-Nadur approvaw wara li ġie mnaqqas id-daqs tiegħu

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni tal-Ippjanar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar approvat proġett residenzjali ġdid fi Triq il-Qortin fin-Nadur wara li tnaqqsu konsiderevolment l-iskala u l-massa tal-bini. 

Bini propost

Il-Kummissjoni semmiet li wara kważi sena ta’ negozjati mad-Direttorat tal-Immaniġġjar tal-Iżvilupp fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar, is-sett finali tal-pjanti tal-proġett juru biċ-ċar li l-proporzjon u d-disinn tiegħu issa huma aktar adattati mal-madwar. Il-Kummissjoni esprimiet sodisfazzjon li t-tħassib li tqajjem fl-aħħar seduta dwar l-għoli tal-iżvilupp ġie indirizzat tajjeb. Filwaqt li ġew introdotti numru ta’ sulari ridotti biex jinħoloq effett ta’ terracing aħjar, il-parti li tħares lejn l-ODZ tnaqqset għal żewġ sulari biss. 

Bini approvat

Il-Kummissjoni nnotat ukoll li minkejja li sena ilu l-proġett kien konformi mal-policies taż-żona, il-perit xorta żamm mar-rakkomandazzjonijiet tiegħu u naqqas il-ġnub tal-binja biex il-bini jkun konformi mal-għelieqi filwaqt li jirrispetta t-topografija taż-żona. 

Il-proġett approvat fin-Nadur jinsab fiż-żona tal-żvilupp u huwa rtirat bi 3 metri mill-konfini tal-ODZ tul il-ġenb tiegħu. Meta indirizzat kwistjonijiet ta’ sidien tal-art, il-Kummissjoni enfasizzat li l-permess għall-iżvilupp jingħata suġġett għal drittijiet ta’ partijiet terzi. 

L-Awtorità kkonfermat ukoll li l-fotomuntaġġi sottomessi huma korretti u realistiċi. 

Sport