Tuesday, May 14, 2024

Eluf jattendu għall-pellegrinaġġ nazzjonali bl-istatwa tad-Duluri u l-Kurċifiss Mirakoluż

Aqra wkoll

Eluf ta’ persuni attendew bi ħġarhom għall-pellegrinaġġ nazzjonali bl-istatwa devota tad-Duluri u l-Kurċifiss Mirakoluż ta’ Ġieżu, fit-toroq tal-Belt Valletta. Il-pellegrinaġġ immexxi mill-Arċisqof Charles Scicluna beda fis-6.00 p.m. mill-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu). Fi tmiem il-pellegrinaġġ l-Arċisqof ta l-barka sagramentali. 

Matul il-pellegrinaġġ, dawk kollha li attandew talbu bit-tama li taqleb għall-aħjar is-sitwazzjoni tal-kunflitti internazzjonali waqt dan iż-żmien ta’ nuqqas ta’ paċi fid-dinja, b’mod speċjali fl-Ukrajna u r-Russja. Għal din il-mixja ta’ fidi bl-istatwa tad-Duluri nħareġ ukoll il-Kurċifiss Mirakoluż, li ilu jiġbed lejh devozzjoni kbira mis-seklu sbatax, mhux biss mill-Insara Maltin imma anke mill-barranin li jżuru l-knisja. 

Dan il-pellegrinaġġ kien organizzat mill-Arċikonfraternità tas-Santissmu Kurċifiss b’kollaborazzjoni mal-Patrijiet Franġiskani tal-Belt Valletta u l-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Sport