Sunday, May 5, 2024

L-MCAST b’190 kors full-time għas-sena akkademika li jmiss

Aqra wkoll

Il-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) nieda l-prospectus tiegħu għas-sena akkademika 2022/23. Dan il-prospectus ġie ppreżentat waqt seminar li għalih attendew aktar minn 80 professjonist fil-gwida tal-karriera.

Il-pubblikazzjoni tinkludi dettalji dwar xejn inqas minn 190 kors full-time offruti minn dan il-Kulleġġ, minn korsijiet ta’ livell introdottorju sal-livell ta’ Masters. L-MCAST ħabbar sitt korsijiet ġodda li se jiġu offruti minn Ottubru: ‘Advanced Diploma for Dental Surgery Assistants; Diploma in Cabin Crew Training; Undergraduate Diploma in Auto Electronic and Electrical Technology; Master of Science in Advanced Clinical Practice; Master of Science in Professional Health Practice and Master in Social Care Practice.’

Il-Prinċipal u Kap Eżekuttiv, il-Prof. Joachim James Calleja qal: “Ir-rwol tal-gwida tal-karriera huwa kruċjali biex jgħin lill-istudenti jifhmu l-konnessjoni bejn l-edukazzjoni u x-xogħol u jsiru aktar impenjati b’mod attiv fit-tagħlim. Dan il-prospectus huwa mimli informazzjoni dwar il-korsijiet fil-livelli kollha.”

Wieħed jista jara l-prospectus fuq mcast.edu.mt. L-applikazzjonijiet għall-korsijiet jiftħu mit-18 ta’ Lulju u għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 2398 7135/6 jew jibgħat email fuq [email protected]

Sport