Sunday, November 24, 2024

Eluf maħsuba mejta kaġun t’għargħar fil-Libja

Aqra wkoll

Eluf ta’ persuni huma maħsuba mejta wara li maltempata qawwija wasslet għal għargħar kbir fil-Libja.

Il-mexxej tal-gvern tal-Lvant Libjan, li mhux rikonoxxut internazzjonalment, qal li l-imwiet qabżu l-2,000 u eluf oħra kienu rapportati nieqsa.

Il-maltempata Daniel laqtet il-pajjiż matul il-jum tal-Ħadd, u wasslet biex l-awtoritajiet jiddikjaraw stat ta’ emerġenza.

Seba’ uffiċjali tal-armata Libjana spiċċaw ukoll nieqsa waqt li dawn kienu għaddejjin b’ħidma ta’ salvataġġ. Sadanittant, uffiċjali fil-Lvant imponew curfew, filwaqt li l-iskejjel u ħwienet oħra ġew ordnati sabiex jagħlqu.

Il-bliet ta’ Benghazi, Sousse, Derna u Al-Marj kollha kienu affettwati. Minbarra ż-żieda fin-numru ta’ mwiet, is-Salib l-Aħmar fil-Libja qal li minn tal-inqas 150 dar inqerdu.

Sport