Thursday, October 3, 2024

Tifla ta’ tliet snin teħlisha ħafif wara li ntlaqtet minn karozza fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Tifla ta’ tliet snin ħelsitha ħafif wara li lbieraħ, għall-ħabta tat-3.30 p.m., kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq id-Duluri fil-Ħamrun.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li t-tifla kienet intlaqtet minn Toyota misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti l-Marsa.

Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ta l-ewwel għajnuna medika lit-tifla sakemm ittieħdet l-Isptar permezz ta’ ambulanza. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi ħfief.

Fuq il-post kien hemm ukoll uffiċjali mit-taqsima tal-muturi ta’ Transport Malta li assistew fl-immaniġġjar tat-traffiku.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport