Wednesday, October 9, 2024

Mis-sena d-dieħla, Venezja se titlob lit-turisti biex iħallsu €5 kuljum 

Din il-miżura se tkun bi prova ... jista' jagħti l-każ li tidħol fis-seħħ b'mod permanenti

Aqra wkoll

Il-belt Taljana ta’ Venezja, mistennija tapprova miżata ta’ €5 kuljum għall-viżitaturi tagħha. Dan se jsir bil-għan li jiġi kkontrollat it-turiżmu. Jekk din il-miżura tidħol fis-seħħ, il-viżitaturi kollha li għandhom aktar minn 14-il sena jkollhom iħallsu u jibbukkjaw id-dħul tagħhom fil-belt minn qabel.

Il-Membru tal-Kunsill tal-Belt għat-turiżmu, Simone Venturini, qal li matul il-perjodi l-aktar turistiċi tas-sena d-dieħla se jadottaw din il-miżura bi prova. Qal ukoll li Venezja hija fost l-aktar bliet Ewropej popolari mat-turisti u li għalhekk bħalissa qiegħda tbati minn influss turistiku iktar minn dak li tiflaħ għalih. 

Sitwazzjoni ta’ dan it-tip fit-turiżmu hija rikonoxxuta b’mod wiesa’ bħala kwistjoni urġenti għal Venezja. Minkejja li mhix belt kbira ħafna, b’daqs ta’ 2.7 mili, l-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika Taljana wera li lura fl-2019 Venezja ospitat madwar 13-il miljun turist.

Aktar kmieni din is-sena, il-UNESCO qalet li l-belt għandha tiżdied mal-lista ta’ siti ta’ wirt dinji li jinsabu fil-periklu minħabba li l-impatt tat-tibdil fil-klima flimkien mat-turiżmu tal-massa qed ikunu kaġun ta’ tibdil irriversibbli għall-ambjent.

Sport