Monday, November 23, 2026
Home Sport Haley Bugeja tilħaq il-100 dehra ma’ Inter Women

Haley Bugeja tilħaq il-100 dehra ma’ Inter Women

0
33

L-internazzjonali Maltija Haley Bugeja laħqet il-100 dehra ma’ Inter Women, tragward fantastiku fil-karriera tal-futbol tagħha.

L-attakkanta Maltija ħalliet il-marka tagħha minn mindu ngħaqdet ma’ dan il-klabb prominenti tas-Serie A; fost l-oħrajn, hija skorjat l-ewwel gowl fl-istorja tat-tim fil-UEFA Women’s Champions League aktar kmieni dan l-istaġun.

Bugeja tkompli tispikka barra minn Malta wara esperjenzi ta’ suċċess ma’ Sassuolo u Orlando Pride. Bħalissa hija qed tibbrilla ma’ Inter, u l-plejer li ħarġet mill-akkademja ta’ Mgarr United ma turi l-ebda sinjal li se tnaqqas il-pass!

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here