Monday, May 13, 2024

Eluf ta’ rġiel Ukreni ħarbu mill-pajjiż biex jevitaw servizz militari

Aqra wkoll

Immedjatament wara li r-Russja invadiet l-UKrajna fi Frar tas-sena l-oħra, eluf ta’ rġiel Ukreni ngħaqdu mas-sejħa biex jiġġieldu għal pajjiżhom. Madankollu u minkejja l-patrijottiżmu kbirt tagħhom, eluf oħra ddeċidew li s-servizz militari ma kienx jgħodd għalihom.

Huwa amaħsub li kważi 20,000 raġel ħarbu mill-Ukrajna mill-bidu tal-gwerra biex jevitaw li jiġu obligati jingaġġaw fis-servizz militari. Xi wħud saħansitra ssugraw jaqsmu xmajjar perikolużi bil-għawn biex jaħarbu mill-pajjiż. Oħrajn sempliċement telqu mill-pajjiż fis-satra tal-lejl. 21,113-il raġel ieħor li ppruvaw jaħarbu nqabdu mill-awtoritajiet Ukreni.

Wara l-invażjoni tar-Russja, il-biċċa l-kbira tal-irġiel ta’ bejn it-18 u s-60 kienu strettament ipprojbiti milli jitilqu mill-pajjiż. Iżda dejta miksuba mill-midja internazzjonali turi li għexieren għadhom qed jaħarbu kuljum biex jingħaqdu mal-familja f’pajjiżi oħra, biex jistudjaw, jew sempliċiment jaqilgħu l-għajxien.

Dejta dwar qsim illegali tal-fruntieri mar-Rumanija, il-Moldova, il-Polonja, l-Ungerija u s-Slovakkja tistabilixxi li 19,740 raġel Ukren qasmu lejn dawn il-pajjiżi illegalment bejn Frar 2022 u 31 ta’ Awwissu 2023. 

Mhux magħruf iżd kif dawk l-irġiel irnexxielhom jaħarbu u x’metodi  ntużaw biex irnexxielhom iħallu pajjiżhom. Il-maġġoranza, ta’ dawk li nqabdu mill-awtoritajiet – 14,313 – kienu qed jippruvaw jimxu jew jgħumu lejn il-fruntiera, u s-6,800  ittantaw jitilqu b’mod frawdolenti billi falsament iddikjaraw lilhom infushom bħala li kienu jbatu minn mard kroniku.

Dawk li huma esklużi mir-reklutaġġ jinkludu rġiel bi kwistjonijiet mediċi, dawk b’responsabbiltajiet ta’ kura, u missirijiet ta’ tlett itfal jew aktar.

F’Awwissu, il-President Ukren Volodymyr Zelensky sejjaħ  “korrotti” id-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-kummissjonijiet mediċi militari tal-pajjiż, li qal li rriżultaw f’żieda ta’ għaxar darbiet fl-eżenzjonijiet minn Frar 2022. Huwa ħabbar li l-uffiċjali reġjonali kollha inkarigati mir-reklutaġġ militari kienu tneħħew mill-kariga, u aktar minn 30 persuna ffaċċjaw akkużi kriminali.

Ir-rappreżentant parlamentari tal-President, Fedir Venislavskyi, irrikonoxxa li l-problema kienet waħda serja. Huwa sostna li l-gvern irrealizza li dan il-fenomenu mhuwiex iżolat u li huwa mifrux, imma sfortunatament, il-korruzzjoni hija reżiljenti ħafna tant li l-Ukrajna qed tagħmel dak kollu possibbli biex timminimiżża in-numru ta’ każijiet ta’ korruzzjoni.

Minkejja l-ammont ta’ rġiel li ħarbu mill-pajjiż, l-awtoritajiet qalu li dan il-fatt ma kienx qed ikollu impatt fuq l-isforz tal-gwerra u r-reżiljenza u r-rieda tal-Ukreni biex jiddefendu l-indipendenza, is-sovranità u l-libertà tagħhom hija 95-99%. 

Dawk li jippruvaw jevitaw il-mobilizzazzjoni huma bejn 1-5%. Żgur li mhumiex kritiċi għad-difiża tal-Ukrajna tant li ma kien hemm l-ebda pjan biex jiżdied radikalment in-numru ta’ dawk eliġibbli għall-mobilizzazzjoni militari.

In-numru ta’ aktar minn 40,000 irġiel li ħarbu, jew ippruvaw jaħarbu, jista’ jirrappreżenta proporzjon sinifikanti tal-irġiel li l-Ukrajna għandha bżonn biex timla l-armata tagħha. F’Awwissu, uffiċjali Amerikani kkalkulaw li n-numru ta’ mwiet ta’ militari Ukreni kien 70,000 għalkemm Kyiv mhux qed jagħti ċifra.

Il-pajjiż lanqas ma qed joħroġ ċifri uffiċjali dwar id-daqs tal-armata tiegħu. Iżda l-Ministru tad-Difiża l-ġdid, Rustem Umerov, qal lill-forum tal-Istrateġija Ewropea ta’ Yalta f’Settembru li hemm aktar minn 800,000 fil-forzi armati Ukrajni.

Sport