Saturday, December 21, 2024

Embargo fuq xiri ta’ armi lill-Iran jiġi fi tmiemu wara għaxar snin

Aqra wkoll

Embargo fuq xiri ta’ armi tan-Nazzjonijiet Uniti li kien impost fil-konfront tal-Iran għaxar snin ilu u li kien jimpedixxilu x-xiri ta’ armi minn pajjiżi barranin skada lbieraħ. Dan skont dak miftiehem taħt il-patt nukleari ma’ qawwiet barranin, minkejja objezzjonijiet mill-Istati Uniti, b’din tal-aħħar tinsisti li l-embargo tibqa’ fis-seħħ.

Attwalment l-ekonomija Iranjana għadha mifnija minn sanzjonijiet fil-konfront tagħha mill-Istati Uniti, u pajjiżi oħrajn jafu jkomplu jevitaw li jbigħu armi lil Tehran minħabba biża’ li l-Istati Uniti tirritalja finanzjarjament kontrihom.

L-amministrazzjoni Trump wissiet li kull bejgħ ta’ armi lill-Iran, jew espotazzjonijiet mill-Iran se jiġu penalizzati.

Intant Tehran iddeskriva l-jum tal-bieraħ bħala “jum memorabbli għall-komunità internazzjonali … fi sfida għall-isforzi tar-reġim Amerikan”.

Ekonomija

Sport