Wednesday, April 24, 2024

“Emendi intenzjonati li jeżerċitaw id-dritt tal-vot minkejja l-pandemija”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt is-seduta tal-abbozz ta’ liġi li jemenda l-att dwar l-elezzjoni ġenerali, il-Ministru għall-Ġustizzja Soċjali u s-Solidarjetà, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon qal li kien wasal iż-żmien li jiġi emendat id-dritt tal-vot. Fakkar li fil-passat id-dritt tal-vot kien marbut l-aktar mal-proprjetà li għandek u jekk kellek aktar minn proprjetà f’distrett wieħed stajt tivvota f’aktar minn distrett wieħed. Fakkar dwar id-dritt tan-nisa li jivvutaw u li kulħadd sar eleġibbli b’vot wieħed. 

Il-Ministru fakkar li għall-ewwel darba, fl-elezzjoni li jmiss wara emenda fl-età ta’ dawk eleġibbli, se jkunu jistgħu jagħtu l-vot tagħhom dawk kollha minn 16-il sena ’l fuq.

Falzon kompla biex jgħid li l-emendi kollha li se jsiru fis-seduta huma intenzjonati li kull min għandu dritt għall-vot se jkunu jistgħu jagħżlu lil min imexxihom. Tkellem dwar dawk li fi żmien l-elezzjoni se jkunu pożittivi għall-virus jew se jkunu f’perjodu ta’ kwarantina u li dawn għandhom ikollhom il-faċilità li jeżerċitaw id-dritt li jagħmlu l-għażla tagħhom dwar min se jiggvernahom.

Sport