Friday, April 26, 2024

“Kull persuna għandha dritt tivvota fis-sigriet u mhux bl-għarfien ta’ ħaddieħor”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn naħa tiegħu d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina tkellem dwar l-importanza li pajjiżna dejjem ta lill-elezzjonijiet li jsiru u dejjem kien hemm passi ’l quddiem. Huwa tkellem dwar l-progress fil-bidla għas-sistema tal-għadd tal-voti b’mod elettroniku hija xi ħaġa pożittiva u jeħtieġ li ż-żewġ naħat jibqgħu jaqblu favur il-progress f’dan ir-rigward. Fakkar dwar il-prinċipju tajjeb ukoll ta’ dawk li jivvutaw minn qabel minħabba ċirkostanzi bħalma huma dawk ta’ safar.

Dan id-diskors wasslu għall-pandemija u l-fatt li minħabba li l-pandemija ilha magħna diversi xhur issa, kien meħtieġ li jkun assigurat metodu ta’ kif persuna teżerċità d-dritt li tivvota. Huwa qal li importanti ħafna li din is-sistema tiggarantixxi li persuna tkun tista’ tibqa’ tivvota hi fis-sigriet marbut mal-persuna tiegħu, mhux fil-preżenza ta’ ħaddieħor u mhux bl-għarfien ta’ ħaddieħor. Fl-istess ħin dan isir fil-kumdità ta’ darha b’serħan il-moħħ li dan kollu qiegħed isir kif sippost.

Aquilina qal li wasal iż-żmien li l-proċess tal-bidliet fejn tidħol is-sistema elettorali u kif din tista’ titjieb jeħtieġ li jiġu evitati ċirkostanzi ta’ deċiżjonijiet li jkollhom jittieħdu deċiżjonijiet  tal-aħħar jiem qabel l-elezzjoni u ppropona li jinħatar kumitat tal-kamra li jiddiskuti s-sistema elettrali matul il-leġiżlatura.

Sport