Thursday, April 25, 2024

Il-Ministru Falzon jaġġorna dwar il-każ ta’ Arsema

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aġġornament tiegħu b’rabta mal-każ ta’ Arsema, it-tifla li nħarġet mill-pajjiż mill-omm naturali tagħha waqt li kienet fdata lil foster family. il-Ministru Michael Falzon qal li l-każ seħħ minħabba nuqqas ta’ stennija għal dak li ġara minħabba r-relazzjoni tajba immens bejn l-omm naturali u dawn il-foster parents. Tant kienet tajba r-relazzjoni bejniethom li l-foster family ma stennietx li se jiġri dak li ġara u l-omm naturali telqet mill-pajjiż b’bintha naturali.

Il-Ministru Falzon żied jgħid li l-awtoritajiet Maltin ikkuntattjaw l-awtoritajiet tal-Pulizija barranin u għall-bidu kien hemm reżistenza dwar jekk hemmx ir-reat ta’ ħtif meta omm toħroġ lil bintha naturali bħalma ġara f’dan il-każ. Spjega li dan kien essenzjali għax biex tittieħed azzjoni jrid ikollok reat li miegħu jġorr piena. Huwa żied jgħid li t-tifla ġiet lokalizzata fl-Ingilterra. Minn hemm kienet saret emenda fil-liġi u issa qegħdin jistennew proċeduri legali fl-Ingilterra. 

Il-Ministru kkonferma li kien hemm rappreżentati mill-Ministeru u ngħatat assistenza legali wkoll mill-FSWS fl-Ingilterra. Filwaqt li l-omm qiegħda toġġezzjona minħabba raġunijet ta’ protezzjoni, il-każ mistenni jkompli jipproċedi quddiem il-Qrati Ingliżi.

Sport