Thursday, April 25, 2024

“L-aktar ħoss li laqatni kienet ir-reazzjoni cheap u medjokri tal-Kap tal-Oppożizzjoni” – Il-PM Robert Abela

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-kummenti tiegħu lill-ġurnalisti b’reazzjoni għat-tfittxija fid-dar li saret lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat, il-Prim Ministru Robert Abela sostna li bħala gvern dejjem ta l-fiduċja sħiħa lill-istituzzjonijiet u jeħtieġ li dawn l-istess istituzzjonijiet iżommu din il-fiduċja.

Abela spjega li t-tfittxija li saret aktar kmieni llum kienet ordnata mill-Maġistrat inkwerenti fil-kors ta’ Inkjesta Maġisterjali li tinsab għaddejja.

Il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar il-fatt li ttieħdu anke l-mobiles ta’ ulied Muscat ta’ età pjuttost żgħira u qal li din hija xi ħaġa li bħala bniedem personalment diffiċli jifhimha imma din sta għall-Maġistrat inkwirenti li għandha s-setgħa li tagħmel dan u din is-setgħa għandha tintuża dejjem fil-limiti tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja u għal ebda għan ieħor.

Rigward il-fatt li Muscat fil-filmat qal li se jerġa’ jagħmel ħoss u jekk nistennewx ir-ritorn tiegħu fil-politika jew fil-partit, Abela qal li l-aktar ħoss li laqtu kien il-ħoss tal-Kap tal-Oppożizzjoni bir-reazzjoni “Cheap u medjokri tiegħu” li kkonfermat l-livell baxx tiegħu. Bernard Grech allega li Abela uża l-Pulizija biex jibathom u jumiljaw lil eks Prim Ministru.

Abela temm bil-messaġġ li beda bih fejn jidħlu l-istituzzjonijiet u qal li “l-pajjiż huwa kburi li għandu istituzzjonijiet li jaħdmu pero dawn l-istituzzjonijiet iridu f’kull waqt jirritornaw il-fiduċja tagħhom f’ħidma sfiqa għar-retta amministrazzjoni tal-ġustizzja.”

Sport