Emergency Ambulance Responder li kien fi triqtu lejn l-Isptar biex jibda l-ħidma tiegħu waqaf jagħti l-ewwel għajnuna lil mara li kienet għadha kemm ittajret f’Dawret Ħal Għaxaq.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6.10 p.m meta għal xi raġuni mara ta’ 62 sena minn Ħal Għaxaq ittajret minn vettura tal-għamla Opel Astra li kienet misjuqa minn raġel ta’ 70 sena mill-istess lokalità.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn aktar tard irriżulta li kienet sofriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.