Saturday, December 21, 2024

Emily Ratajowski tallega li Thickle kien qabdilha sidirha lura fl-2013

Aqra wkoll

Emily Ratajowski ddikjarat li Robin Thicke tagħha fastidju sesswali waqt li kienu qegħdin jiffilmjaw il-filmat mużikali Blurred Lines.

Il-mudella dehret fil-filmat imsemmi biswit il-kantant fil-ġbid tal-filmat li kiseb fama kbira lura fl-2013. Hija allegat dan l-inċident fil-ktieb il-ġdid tagħha.

Skont rapporti fil-midja barranija hija qalet li ħin minnhom ħasset id tfeġġ minn wara darha u taqbdilha sidirha. Hija tispjega li kif ħasset dik l-id, resqet bil-ħasda u ħarset lura lejn il-kantant tfittex spjegazzjoni.

Ratajowski kompliet tikteb li għall-ewwel bdiet tieħu pjaċir waqt il-ġbid tal-filmat mużikali iżda li aktar tard il-kantant qisu deher differenti u saħansitra allegat li kien xurban. 

Minkejja s-suċċessi kbar tal-kanzunetta li kienet spiċċat fl-aqwa pożizzjonijiet tal-klassifika f’madwar 25 pajjiż, Thickle kien ikkritikat bil-qawwa minħabba li xi persuni lmentaw minn sessiżmu u atteġjament mhux xieraq lejn in-nisa.

Ekonomija

Sport