Friday, April 19, 2024

“Mhux xita niżlet imma deheb” – Bdiewa

Aqra wkoll

“Kellna is-siġar tal-frott kienu qed imutu. Anki ż-Żebbuġ li tant jiflaħ għall-klima niexfa bħal tagħna kien qed jinxef. Kien ilna xhur sħaħ bla qatra xita. Ftit niftakar Settembru daqshekk xott.  Ħadna r-ruħ b’din ix-xita li għamlet. Kienet xita kif għandha tkun għal bieda u l-prodotti. Xita bil-mod imma kontinwa. L-ilma jilħaq jiskula, ma ssirx ħsara, u dan hu ta’ benefiċċju kbir għar-raba’.  It-tama tagħna issa hi li ma jkollniex xitwa xotta”.

Dawn kienu l-kummenti li għaddielna bidwi mill-Imġarr, li bħal ħafna bdiewa oħra kien inkwetat minħabba in-nuqqas ta’ xita li konna qed nesperjenzaw.     

Il-bidwi qalilna li “dik ix-xita tissejjaħ xita tal-art. Għall-biedja tiswa daqs id-deheb. L-importanti issa li ma jkollniex perjodu twil bla xita jew xitwa xotta”.     – 

Sport